Terapija ġdida għal persuni bl-awtiżmu f’Malta

B’terapija individwali permezz ta’ programm imfassal apposta qed tingħata tama ġdida lill-persuni bl-awtiżmu u oħrajn b’diffikultajiet fl-iżvilupp tagħhom. It-terapija diġà qed tingħata lil 100 persuna Maltija minn Hand-in-Hand Malta.

Permezz ta’ programm individwali HandinHand Malta qed toffri tama ta’ żvilupp lill-persuni b’diżabilità fosthom dawk li jbatu mill-kundizzjoni tal-awtiżmu. Id-Direttur Internazzjonali għal dak li jissejjaħ Applied Behaviour Analysis Dr Neil Martin f’lectures dwar is-suġġett qal li 80 fil-mija tat-tfal li jingħataw it-terapija għamlu progress sostanzjali b’25 fil-mija minnhom irreġistraw progress tajjeb ħafna.

Id-Direttriċi tal-Handin Hand Jacqueline DeGiovanni qalet lit-terapija hija riċerkata tajjeb u q ed tħalli r-riżultati.

DeGiovanni qalet li f’Malta hawn diġà 10 persuni kwalifikati. Qalet li bħalissa qed jingħataw servizzi lil tfal li għandhomu problemi f’iżvilupp tagħhom. Il-persuni li qed jibbenefikaw minn din it-terapija individwali jvarjaw fl-età iżda intqal li aktar mat-terapija tibda kmieni jkun ferm aħjar ir-riżultati.

Dr Neil Martin qal li madwar id-dinja diġà hawn aktar minn 22,000 persuna kwalifikati f’din ix-xjenza applikata li bdiet fl-Istati Uniti. Spjega li malajr infirxet madwar id-dinja b’numru ta’ istitituti fosthom fl-Iżrael qed japplikaw dan l-istudju li jwassal fil-livell ta’ Masters.