COVID-19
Terġa’ tfakkar lill-pubbliku biex joħroġ biss għall-bżonn

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li qed issir strateġija ta’ kontroll fejn dawk li għandhom sintomi anke ħfief bħal diarrhea jew respiratorji qed jiġu mħeġġa jċemplu l-111.

Dan l-appell qed isir biex tiġi evalwata l-kundizzjoni klinika tal-persuni.

Il-Professur Gauci reġgħet ħeġġet lill-pubbliku biex ma joħorġux biex inaqqsu ċ-ċans li niltaqgħu mal-persuni li qed iġorru l-virus.

Hija reġgħet tenniet biex noħorġu biss għall-bżonn.

Hija appellat biex min għandu problema jekk jaqa’ taħt il-grupp ta’ nies vulnerabbli u ma rċeviex l-ittra jċempel fuq il-111 jew jibgħat email.

Hija talbet ukoll għall-koperazzjoni biex nipproteġu l-anzjani u dawk bil-mard kroniku.

Gepostet von Television Malta am Sonntag, 5. April 2020

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt li l-Gvern Spanjol beda jerħi wħud mill-aktar restrizzjonijiet ebsin kontra l-virus, l-isptar del Mar f’Barċellona ħa inizjattiva li jieħu lill-pazjenti bil-coronavirus ħdejn il-baħar. Tim mediku mill-isptar Hospital del Mar,…

Agrikultura

“Marzu jgħidlu ikber, April iżbel u Mejju aħsad.” Hekk jgħid il-Malti għall-qamħ. Żmien il-ħsad tista’ tgħid għadda u minn għelieqi kbar lewn id-deheb illum tilmaħ għexieren ta’ balal ta’ tiben…

Parlament

Id-Deputat Prim Minsitru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern kien infurmat bil-fomm mill-Kap Eżekuttiv ta’ Steward Healthcare f’Malta dwar ix-xiri ta’ ishma ta’ shareholder Amerikan mill-istess Steward Healthcare. …

Trasport

F’toroq battala mill-vetturi matul il-pandemija jidher li l-użu tar-rota żdied, kemm bħala mezz ta’ attività fiżika imma wkoll mezz ta’ trasport alternattiv. Grupp ta’ nisa b’kollaborazzjoni mal-organizzazjoni MOVE ngħaqdu fil-kampanja ROTA…

Aktar