COVID-19
“Terħux. Ibqgħu viġilanti” – Dr Kluge, Direttur Reġjonali għall-Ewropa tal-WHO

Messaġġ b’saħħtu mid-Direttur Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa Dr Hans Kluge li f’intervista ma’ Television Malta appella lill-Maltin: “Terħux. Ibqgħu viġilanti. Kulħadd jista’ jagħmel xi ħaġa biex tintrebaħ il-battalja kontra l-Covid-19″.

Dr Kluge kien intervistat waqt Ras imb ras.

Għad-Direttur tal-WHO fl-Ewropa Dr Hans Kluge, Malta tista’ tkun ta’ eżempju għal pajjiżi oħra fil-mod kif ħaddmet l-istrateġija kontra l-imxija tal-Covid19.

”What WHO strongly advocates is based on the experience of previous epidemics in China and other countries. You need a blended approach. And that is what Malta has been doing: Public Health, meaning a lot of efforts on early identification of suspects, isolating, testing and treating with dignity; BUT at the same time doing mitigation, meaning to beef up the critical hospital capacity including for intensive care, which I know is not easy for a small country and that can be an example for the small countries and needs to be praised.”

Intervistat waqt Ras imb ras fuq Television Malta, Dr Kluge stqarr li filwaqt li kollox jindika li s-sitwazzjoni f’Malta tinsab taħt kontroll, il-pajjiż m’għandux jerħi. Anzi, għandu jibqa’ viġilanti.

”My main message to the Maltese people who are very close to my heart is ”do not let the guard down”. Everyone can do something to win this war against Covid-19, not to be infected and not to infect others. Mentally it is tough. It is a stress test for psychological resilience but are not alone. We are united in this battle. Reach out to each other and act with kindness and solidarity to each other.”

Dr Kluge nħatar Direttur Reġjonali għall-Ewropa fl-1 ta’ Frar li għadda u mill-ewwel sab ma’ wiċċu pandemija. L-ewwel każ ta’ coronavirus fl-Ewropa tfaċċa fl-24 ta’ Jannar.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Aktar