Barranin
Terremot f’Ruma

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu nħasset theżżiża f’Ruma li mmarkat 3.3 fuq l-iskala richter.

It-terremot inħass l-aktar fl-epiċentru Fonte Nuova, għall ħabta tal-05:03 ta’ dalgħodu fejn b’xorti tajba ma weġġa’ ħadd.

Skont rapporti fuq il-midja Taljana, ma ġewx irrappurtati l-ebda ħsarat iżda t-terremot ħasad lil bosta familji li kienu għadhom reqdin.