Barranin
Terremot jolqot il-Kroazja u d-diversi pajjiżi tal-madwar

Terremot laqat il-Kapitali Kroata Zagreb għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ dalgħodu.

It-terremot, b’qawwa ta’ 5.3 fuq l-iskala Richter, wassal biex ħafna mir-residenti deheru ħerġin minn djarhom, uħud b’ilbies ta’ matul il-lejl.

L-elettriku f’ħafna parijiet mill-belt inqata’, waqt li biċċiet ta’ bini li waqgħu kissru għadd ta’ karozzi. It-terremot dam jinħass għal nofs siegħa.

L-istess terremot inħass minn numru ta’ pajjiżi, fosthom il-Bosnia u Herzegovina, l-Ungerija, l-Islovenja, u l-Awstrija.

Dan huwa l-ikbar terremot li qatt laqat lil dan ir-reġjun.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Minn Malta, indawru ħarsitna madwar id-dinja. Nibdew bi Spanja, fejn il-morsa tal-COVID-19 kompliet tissikka bl-ogħla għadd ta’ imwiet f’ġurnata. Rekord ta’ mwiet f’jum wieħed fi Spanja. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu…

Barranin

Ajruplan li kien fi triqtu lejn il-Ġappun bi provvisti mediċi ġġarraf fl-ajruport ta’ Manila, fil-Filippini fejn mietu 8 persuni li kienu abbord. Il-gvern Filippin kien se jibgħat għadd ta’ provvisti…

Barranin

Anzjana Taljana ta’ 102 sena saret is-simbolu ta’ tama għall-pajjiż li ntlaqat l-ikar fost il-pajjiżi Ewropej mill-coronavirus. Il-President tar-Reġjun ta’ Liguria, Giovanni Toti qal li l-każ ta’ Italica Grondona, li spiċċat b’wiċċ…

Barranin

Ajruplan militari mibgħut minn Cologne niżel f’Bergamo fejn mistenni jwassal 6 pazjenti bil-Covid-19 fi sptar fil-Ġermanja għall-kura. L-Airbus A310 MedEvac ta’ Luftwaffe huwa magħmul tapposta biex jevakwa persuni midrubin gravi…

Aktar