
Barranin
Terremot qawwi f’New Zealand – twissijiet ta’ tsunami
Terremot qawwi li mmarka 7.3 fuq l-iskala richter seħħ ftit tal-ħin ilu f’New Zealand bl-awtoritajiet tal-pajjiż iwissu lill-pubbliku biex ma joqgħodx mal-kosta hekk kif jista’ jinħoloq tsunami.
Skont l-aġenzija tas-seismoloġija f’New Zealand, GeoNet, it-terremot jikklassifika bħala wieħed qawwi u għalhekk hemm il-biża’ li dan jaf joħloq tsunami mill-epiċentru tat-terremot.
Diversi rapporti qalu li t-terremot inħass saħansitra fl-Iskozja…in-naħa l-oħra tad-dinja.