Barranin
Terremot ta’ 4.4 f’Calabria

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu seħħ terremot fin-naħa t’isfel tal-Italja.

It-terremot kejjel 4.4 fuq l-Iskala Richter u ġie rreġistrat fil-Punent tar-reġjun ta’ Calabria għall-ħabta tas-7.30am.

It-terremot kellu l-epiċentru tiegħu fil-baħar Tirren, madwar 58 kilometru mill-belt ta’ Lamezia Terme fil-provinċja ta’ Catanzaro.

S’issa, jidher la ma weġġa’ ħadd kawża tat-terremot u ma ġġarraf l-ebda bini.