Barranin
Terroriżmu: Lesti joħroġu twissija immedjata

L-ISIS għadha thedded l-Ewropa- dan qalu l-Kap tal-MI5, Andrew Parker li lest joħroġ twissija immedjata waqt il-laqgħa dwar is-sigurtà Ewropea li se ssir f’Berlin.

Skont Parker, dak li jsejjaħ lilu nnifsu l-Istat Iżlamiku dejjem qed jaspira biex iwettaq attakki devastanti u kumplessi fl-Ewropa wara li tilfu xi territorji fl-Lvant Nofsani.

Fir-Renju Unit, mill-attakk tal-2017 f’Westminister ‘l hawn, ġew imwaqqfa 12-il attentat terroristiku.

Parker konvint li l-Kremlin għandu x’jaqsam f’dan kollu wkoll għaliex kiser għadd ta’ regoli internazzjonali. Huwa konvint ukoll li l-Kremlin huwa l-moħħ wara l-avvelenament tal-ex spjun Russu Skripal u t-tifla tiegħu, f’Marzu li għadda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ismaele La Vardera, ex ġurnalist ta’ 22 sena minn Palermo, kien issorprenda bosta meta ddeċieda joħroġ bħala kandidat għal sindku fl-aħħar elezzjoni tal-Italja, taħt il-kappa tal-partit tal-Lega. La Vardera, tul…

Kurżitajiet

Mużiċist Amerikan li kien qed jipprova jakkwista lift fi Brisbane spiċċa ħa ħafna iktar minn sempliċi vjaġġ b’xejn lejn id-destinazzjoni tiegħu. Scott Hildebrand kien għadu kemm wasal fl-Awstralja mill-Messiku, u…

Barranin

Abigail Rose kienet ferħana se ttir bit-twelid ta’ bintha Aliza Rose iżda wara ftit jiem inqelbet il-folja u l-omm spiċċat tidfen lil bintha. Minkejja t-tbatija u d-diqa kollha, l-omm Amerikana…

Barranin

L-Arabja Sawdija qalet li l-ġurnalist Khashoggi safa’ maqtul. Il-Ministru tal-Affarjiet Barranin Sawdi, Adel al-Jubeir, qal li l-att kien żball kbir u ċaħad li l-prinċep seta’ ordna l-qtil ta’ Khashoggi. L-Arabja…

Aktar