Politika
Terz tal-popolazzjoni Maltija tikkunsidra l-kremazzjoni – jitnieda dokument ta’ konsultazzjoni

Qabel is-sajf, Malta għandu jkollha liġi biex tkun tistà ssir kremazzjoni tal-katavri; bl-għażla fil-mewt tkun bejn kremazzjoni u dfin/

Waqt li l-gvern qed jilqa’ l-kummenti tal-pubbliku dwar il-liġi, intqal li stħarriġ li sar wera li terz tal-Maltin jagħzlu l-kremazzjoni jekk ikollhom din l-għażla/ Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-hsieb tal-gvern huwa li sa qabel il-btajjel tal-Ghid, il-Parlament jibda jiddiskuti din il-ligi li tipprovdi ghal qafas regolatorju biex tkun tistà tibda ssir il-kremazzjoni

Tnieda dokument ta’ konsultazzjoni bil-għan li Malta jkollha ligi għal servizzi ta’ kremazzjoni.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, qal li fil-konsultazzjoni, li tiġi fi tmiemha fid-29 ta’ Marzu, qed isiru sensiela ta’ mistoqsijiet dwar kif tista’ tiġi regolarizzata l-kremazzjoni.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne  qal “fosthom pereżempju jekk il-gvern għandux jirregola anke kemm ikun hemm krematorja ġol-pajjiż jew le. Jekk għandniex inħallu s-suq privat jiddeċiedi hu jekk għandux ikun hemm iktar minn krematorju wieħed jew għandniex ngħidu le għax forsi aktar minn wieħed il-pajjiż ma jiflaħx. Jekk għandniex nużaw metodi kif inżommu pereżempju samples ta’ dak li jkun għaliex jista’ jkun hemm każijiet forensiċi fil-futur. Bħalma wieħed jista’ jimmaġina jista’ jkun hemm każijiet fil-futur fejn dak li jkun jerġa’ fuq ordni tal-qorti jerġgħu joħorġu katavru… f’każ li jkun inħaraq/kremat m’hemmx dik il-possibilità.”

Il-gvern jistaqsi wkoll jekk għandux jikkunsidra sħubija mas-settur privat biex is-servizzi ta’ kremazzjoni jkunu offruti flimkien. Kif ukoll jekk għandux ikun hemm reġistru biex persuna tirreġistra x-xewqa tagħha li tiġi kremata wara mewtha.

Il-liġi tal-kremazzjoni ġiet proposta mid-Deputat Rosianne Cutajar. Hija qalet li l-għażla tal-kremazzjoni mhijiex biss miżura liberali, iżda hija wkoll ambjentali.

“Il-pajjiż tagħna huwa żgħir ma jistax ikun li nkomplu nokkupaw il-ftit art li għandna biex inkomplu nibnu aktar oqbra. Allura jien xtaqt li proprju nirregolaw il-kremazzjoni f’pajjiżna biex nagħtu alternattiva lill-individwu hemm barra. Qegħdin ngħidu li l-kremazzjoni tagħmel inqas ħsara lill-ambjent.”

Żiedet li l-kremazzjoni hija irħas mid-dfin normali. Irrimarkat li bosta qed jagħżlu din l-alternattiva barra ‘l pajjiż, li tiswa mal-ħamest elef u ħames mitt ewro. Rosianne Cutajar qalet li kien hemm erba’ applikazzjonijiet mis-settur privat biex jinbnew krematorji f’Malta, li kellhom jiġu rtirati minħabba li għad m’hawnx qafas regolatorju. Sal-lum f’Malta isir biss dfin f’ċimiterji jew, f’każijiet rari, fil-baħar li jsir f’post speċifiku.

 

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li xejn mhu se jwaqqfu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni u jikxef kif l-istituzzjonijiet jinsabu maħkuma mill-Gvern. Dr Delia qal li min għandu l-verità miegħu…

Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Aktar