COVID-19
Testijiet għall-Covid-19 fost l-immigranti abbord il-Captain Morgan

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li qed isiru swabs test lill-immigranti li jinsabu abbord il-vapur tal-Captain Morgan.

Hija qalet li kienu diġà saru t-testijiet fuq l-ewwel grupp li ġie trasferit fuq id-dgħajsa u s-Sibt filgħaxija l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin għamlu t-testijiet fuq il-bqija tal-immigranti li kienu trasferiti aktar tard abbord il-vapur.

Qalet li l-awtoritajiet iridu jagħtu l-kura meħtieġa lil kulħadd u t-testijiet qed jiġu eżaminati fil-laboratorju ta’ Mater Dei biex b’hekk l-awtoritajiet jassiguraw li m’hemmx il-virus fost dawn il-persuni.

Qalet li dawn l-immigranti qegħdin fi spazju ristrett flimkien u għalhekk jekk ikun hemm każ ta’ Covid-19, l-awtoritajiet iridu jaqbduh mill-ewwel.

Il-Professur Gauci qalet ukoll li saru wkoll testijiet fuq l-immigranti vulnerabbli ddaħħlu Malta, u dawn s’issa kollha rriżultaw fin-negattiv.

Aħbarijiet Oħra

Il-Gvern ħabbar li dalgħodu, grupp ta’ immigranti ġew rilokati minn Malta lejn Franza wara ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi maħsub biex inaqqas mill-piż tal-immigrazzjoni. TVM infurmat li l-grupp ta’ dalgħodu kien…

Fil-Jum Dinji tal-Lingwa tas-Sinjali, il-Public Broadcasting Services ħabbar li matul il-ġurnata fuq TVM u TVM2 se jibdew jixxandru filmati qosra bil-għan li aktar nies jitgħallmu din il-lingwa, li hija wkoll…

Żewġ skemi li għalihom il-gvern alloka sitt mitt elf ewro jaħsbu biex jgħinu l-Kunsilli Lokali jwettqu l-kunċett ta’ spazji miftuħa fil-lokalitajiet u manutenzjoni għal proġetti infrastrutturali li jwettaq il-gvern. Il-Ministru…

F’aġġornament dwar is-sitwazzjoni f’Residenza San Ġużepp, it-tmexxija ta’ din id-dar qalet li s’issa 113 minn 278 resident ħarġu pożittivi għall-Covid-19, u l-maġġoranza tagħhom m’għandhomx sintomi. Fl-istess waqt hemm 29 ħaddiem…

Aktar