Saħħa
Tevita ċertu ikel biex ma tixgħelx l-infjammazzjoni fil-muskoli ta’ ġisimha

Eileen Mercieca qattgħet tliet kwarti ta’ ħajjitha fi sptar jew f’qiegħ ta’ sodda minħabba l-attakki ta’ uġigħ f’diversi partijiet ta’ ġisimha.  Riċentament sabet li qed tbati minn marda rari, li tiffjamma l-muskoli u tipparalizzaha għal ġranet u saħansitra ġieli xhur sħaħ.

Dal-aħħar sabet li qed tbati minn marda rari, li tiffjamma l-muskoli u tipparalizzaha għal ġranet u ġieli xhur sħaħ. Dieta u kura speċjalizzata li ngħatat minn sptar Taljan, għamlu differenza kbira f’ħajjet Eileen.  Kemm-il darba sarulha interventi kirurġiċi, iżda l-ebda wieħed ma rnexxa.  Ħadd qatt ma sabilha tarf il-mard li kienet tbati bih, sakemm wieħed mit-tobba kien issuġġerielha tagħmel test tad-DNA.

F’intervista fil-programm Insights, Eileen qalet li mit-testijiet irriżulta li tbati minn marda rari tal-Familial Mediterranean Fever.  Din tattakkalha partijiet varji f’ġisimha, bl-agħar li jkunu f’daharha, saqajha u qalbha.  Hija qalet, “Qisha xibka fuq il-muskolli li tiffjamma u jkollok deni qawwi, is-saħħa titilqek, u ma tkunx tista’ tiekol.  Iddum diversi ġranet u xhur hekk.”

Eileen qalet li ħajjitha ħadet żvolta meta marret tieħu l-kura fl-Isptar Gemelli fl-Italja fejn hemm tawha dieta u l-kundizzjoni tagħha tjiebet b’40% għax l-attakki ma baqgħux ikunu akuti.  Kompliet tirrakkonta li, “L-aktar ikel kruċjali li rrid nevita huma l-prodotti tal-ħalib apparti l-ġobon parmeġġjan u l-yoghurt għax hemm l-antibijotiċi naturali li jgħinu jiġġieldu mal-infjammazzjoni.”

Mindu saret membru fl-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari, Eileen tgħid li tista’ taqsam il-problemi tagħha ma’ min ibati mill-istess marda tagħha, tant li qed tgħin tabiba Amerikana fir-riċerka dwar il-Familial Mediterranean Fever f’tentattiv li tinstab kura.  “Jiena fl-Alleanza Nazzjonali sibt familja oħra.  Ma tħossokx waħdek, tkun qed taqsam il-piż u tisma’ ta’ ħaddieħor.  Tiegħek tħossu inqas.”

L-Alleanza għall-Mard Rari qed tkompli ssib appoġġ professjonali anke f’livell internazzjonali miċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold Michelle Muscat li din il-ġimgħa se tindirizza kumitat tan-Nazzjonijiet Magħquda biex tħeġġeġ li l-aġenda tal-pazjenti b’kundizzjonijiet rari tingħata dimensjoni globali.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar