Barranin
Tewmija titwieled 3 xhur wara oħtha

Fil-Ġermanja, twelid rari ta’ tewmin, hekk kif kien hemm differenza ta’ 3 xhur meta twieldu l-ewwel u t-tieni tarbija.

Eżattament, għaddew 97 jum mit-twelid ta’ Liana u Leonie, każ li seħħ fl-isptar ta’ Holweide f’Colongne.

Kelliem għall-isptar qal li l-ewwel tarbija twieldet fis-17 ta’ Novembru tal-2018 u wara 26 ġimgħa u 5 ijiem twieldet it-tarbija l-oħra, jiġifieri fit-22 ta’ Frar tal-2019.  Iż-żewġt ibniet jinsabu f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa.

Din mhix l-ewwel darba li fl-isptar twieldu tewmin f’jiem differenti, iżda qatt ma kien hemm każ fejn id-distakk kien ta’ 97 jum.

Ftit ilu, ġara każ simili f’Bukarest ir-Rumanija fejn l-ewwel tarbija twieldet f’Novembru tal-2014 u t-tieni waħda f’Jannar tal-2015, wara 77 jum.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Freddie Portelli se jkun qiegħed iniedi kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘Il-Kbir Għadu Ġej’, li se twitti t-triq għal musical li se jġib l-istess isem tal-kanzunetta. Il-mużika kitibha Dominic Galea filwaqt…

Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-ex direttur sportiv tal-klabb tal-futbol Taljan ta’ Juventus Luciano Moggi huwa eleġibbli li jivvota fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se ssir Malta. Moggi li għal dawn l-aħħar snin kien qed iżur…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Aktar