LGBTIQ
Tewmin fl-Italja jibdlu s-sess fl-istess jum

Fl-Italja għadu kemm ġie rreġistrat l-ewwel każ ta’ tewmin li biddlu s-sess tagħhom fl-istess ġurnata.

Giulio u Guido twieldu 18-il sena ilu imma matul is-snin dejjem ħassew li kienu nisa maqbudin f’ġisem ta’ rġiel.

Meta għalqu 18-il sena bidlu l-isem tagħhom fir-reġistru għal Giulia u Gaia u issa għadhom kemm għamlu l-operazzjoni fi sptar fil-belt ta’ Firenze.

L-intervent kien wieħed delikat għax it-tewmin ibatu minn kundizzjoni fejn jiżvinaw malajr.

It-tewmin iddeskrivew dan il-jum bħala wieħed ta’ ċelebrazzjoni u esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-appoġġ li sabu mill-familja.

L-ewwel każ ta’ tewmin li bidlu s-sess seħħ fi Frar li għadda u kien jikkonċerna żewġ Brażiljani ta’ 19-il sena li wkoll bidlu s-sess għal dak ta’ nisa.