Qorti
Tewmin il-Qorti akkużati b’sensiela ta’ serqiet

Gordon u Stephen Cassar, tewmin ta’ 35 sena minn Ħal Qormi, inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati b’sensiela ta’ serqiet.

Fil-fatt, huma ġew akkużati li serqu basktijiet mingħand tliet nisa, bi tnejn minnhom għandhom iktar minn tmenin sena. Il-prosekuzzjoni immexxija mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit, u Christina Delia, qalu li s-serqiet seħħew bejn Ottubru u Diċembru.

Intqal kif Stephen jaħdem fuq togħbija tal-vapuri, waqt li ħuħ Gordon huwa student.

Il-prosekuzzjoni uriet filmati ta’ CCTV, li fihom minn karozza reġistrata fuq missier l-akkużati, jidher joħroġ jiġri Stephen, jaqbad basket, u jidħol lura fil-karozza bil-basket f’idu.

Waħda minn nisa ġriet għal ftit warajhom, fejn innutat il-vettura griża tat-tip Toyota Vitz, u parti minn numru fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

L-irġiel ġew misjuba u arrestati. Il-basket instab ukoll f’Santa Venera, mingħajr flus fih.

Id-difiża qalet li l-irġiel kellhom problema tad-droga, u kien għalhekk li għamlu dan kollu. Fil-fatt huma wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.

Ara wkoll:

Żewġt irġiel arrestati fuq sensiela ta’ serqiet

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-Deputat Anton Refalo se jieħu f’idejh id-dekasteru li kellu l-Ministru Camilleri; dak tal-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumaturi. Dan wara r-riżenja ta’ Justyne Caruana minn Ministru għal-Għawdex, liema…

Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Aktar