Qorti
Tewmin jeħlu 92 xahar ħabs bejniethom wara li serqu ħames anzjani

Tewmin ta’ 40 sena ntbagħtu 92 xahar ħabs bejniethom wara li ammettew li serqu ħames anzjani f’Diċembru u Jannar li għadda.

Il-każi seħħew fiż-Żejtun, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid.

F’Jannar li għadda, Paul u Roderick Scicluna minn Bormla kienu tressqu l-Qorti u wieġbu ħatja għal dawn is-serqiet.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ikkundannat l-aġir tat-tewmin fuq persuni vulnerabbli biex isostnu l-vizzju tad-droga.

Il-Qorti wara li qieset ir-rekord kriminali kkulurit tal-akkużati, ikkundannat lil Paul Scicluna għal 54 xahar ħabs filwaqt li ħuh Roderick Scicluna intbagħat 38 xahar ħabs.