Qorti
Tfajjel jinżamm arrestat wara li ħebb għal ommu u oħtu

Fl-awla tal-Maġistrat tal-Għassa spikka l-każ ta’ tifel ta’ 14-il sena miż-Żejtun li kellu inkwiet serju ma’ ommu u ma’ oħtu.

Fil-Qorti, il-Pulizija akkużat tifel ta’ 14-il sena li hedded lil ommu u lil oħtu, darabhom ħafif u kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza kontihom. Hu kien mixli wkoll li għamel ħsara fil-proprjetà ta’ ommu, li kellu fuqu sikkina u li kiser ordni ta’ probation.

Fl-awla tal-Maġistrat Neville Camilleri, it-tifel li ma kienx akkumpanjat minn ħadd mill-qraba tiegħu, wieġeb li mhux ħati tal-akkużi. L-avukat tal-għajnuna legali Joe Brincat esprima tħassib dwar fejn jista’ jinżamm arrestat it-tifel u talab li jingħata l-libertà proviżorja.

L-Ispettur Trevor Micallef oġġezzjona għat-talba, fost oħrajn għaliex it-tifel m’għandux fejn joqgħod billi qal li ommu ma tridux aktar id-dar. L-Avukat Brincat informa lill-Qorti li t-tifel qallu li kien lest li jmur jgħix ma’ ħabib tiegħu, żagħżugħ minn Birżebbuġa.

Il-Maġistrat Camilleri ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest għax qal li l-Qorti mhix konvinta li se jobdi l-kundizzjonijiet li jsirulu u għalhekk ordna li jinżamm arrestat u jittieħed fil-faċilità tal-priġunieri żgħażagħ fl-Imtaħleb.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħatar lill-Eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella bħala Konsulent dwar l-Avjazzjoni. Il-Ministru Ian Borg qal li Karmenu Vella għandu esperjenza vasta f’diversi setturi…

Lokali

B’investiment ta’ €4.2 miljun il-korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir bdiet il-proġett ta’ restawr tal-Ġnien tal-Mall fil-Floriana, li jinkludi fih 7,500 metru kwadru ta’ pavimentar ġdid. Il-Ministru għall-Infrastuttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li…

Lokali

Peter, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jaqbad €16,500 flus kontanti mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien sejjer Istanbul, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li waqt l-iskrinjar tal-passiġġieri li kienu se…

Annimali

L-għaqda Nature Trust ħabbret li dalgħodu faqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Huma faqqsu li l-lejl ta’ qabel kienu diġà faqqsu 62 fekruna, fl-istess bajja. B’hekk issa b’kollox faqqsu 73…

Aktar