Kronaka
Tfajla arrestata wara li nqabdet bid-droga u l-armi

Tfajla ta’ 24 sena mill-Mosta, ilbieraħ waranofsinhar kienet arrestata mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit fl-inħawi tan-Naxxar wara li nnutawha taġixxi b’mod suspettuż.

Il-Pulizija qalet li malli rat il-Pulizija, it-tfajla provat taħrab bil-karozza minn fuq il-post u xħin twaqqfet bdiet tirreżisti l-arrest.

Fi tfittxija li saret fil-vettura nstab ammont żgħir tal-pjanta kannabis, armi tan-nar u strumenti li jaqtgħu bil-ponta.

Mhux eskluż li titressaq il-Qorti b’rabta ma’ din is-sejba fis-sigħat li ġejjin.