Lokali
“Irridu li jkollna garaxx għal rasna biex insewwu l-karozzi”

Fil-garaxxijiet tal-Kulleġġ għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija sibna lil Roberta Camilleri tinnaviga taħt magna ta’ karozza. Ix-xewqa tagħha hi li jkollha garaxx għal rasha u tibda ssewwi l-karozzi.

“Jien minn dejjem hekk nixtieq jiġifieri ‘l hemmhekk miexja. Bil-mod il-mod vera imma naslu xi darba.”

Għal Valentina Gulino, il-faxxinu lejn il-karozzi wirtitu mingħand zijuwha. Għalkemm xogħol assoċjat mal-irġiel, il-ħolma tagħha hi li ssir mekkanik.

“Nemmen li kulħadd huwa ugwali u li kulħadd għandu dritt għall-esperjenza u jagħmel dak li jħobb.”

Mario Aquilina, li għomru u żmienu jgħallem fl-MCAST, huwa impressjonat bl-interess tat-tfajliet f’dawn il-korsijiet.

“Tfajliet ikollna u jkunu tajbin. Għandna studenti nisa li għamlu hit kbir u għandhom pożizzjoni tajba fl-industrija tal-karozzi.”

Is-subien fil-kors stqarrew li jħossuhom fis-seba’ sema meta jxammru l-kmiem biex jinnavigaw ma’ xi karozza.

L-istudent Miguel Vella qal “jien nippreferi qiegħed hawnhekk naħdem milli fi klassi nikteb. Hi l-linja tiegħi. Il-karriera tiegħi. Mindu kont żgħir, dejjem xtaqt insir mekkanik.”

Luigi Consuelo Farrugia, student qal “il-prattika importanti ħafna. Billi tkun bilqiegħda u tisma’ biss, m’inti se tasal imkien.”

Għas-Sur Aquilina, għalkemm it-teorija ma tistax tgħaddi mingħajrha, il-prattika żżomm lil dawn l-istudenti ffukati.

“It-teknoloġija, kulħadd jaf, ġriet u ġriet ħafna bina. Dawn l-istudenti għandhom bżonn min jagħfas fuqhom u xogħol l-MCAST huwa dak.”

Josmar Mifsud, student qal “nitgħallmu kif inbiddlu l-brake pads, żejt u filter u anke issues bil-brejkijiet ta’ wara li jgħidulhom drum breaks.”

Paul Camilleri, student qal “għadna kif qlajna t-tyre. Issa se naqilgħu l-caliper biex inbiddlu l-break pads u most probably d-disc.”

Bid-data meta se jieqfu jiġu impurtati karozzi li jaħdmu bil-fuel titħabbar lejn nofs is-sena d-dieħla, l-MCAST għaqqdet grupp ta’ nies biex ifasslu korsijiet tal-apposta għall-istudenti dwar it-tiswijiet ta’ karozzi elettriċi.

Stephen Sammut, Direttur tal-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport qal “diġà għandna apparat li qiegħed in place imma se jkollna nġibu iktar apparat biex inkunu lesti nservu l-industrija bil-mod li jixirqilha.”

Fl-MCAST hemm iktar minn 100 student f’korsijiet relatati mat-tiswija tal-karozzi.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa titulari ta’ San Lawrenz, meqjum fil-paroċċa tar-raħal Għawdxi li ħa ismu mill-qaddis. F’ħames xhur ‘il bogħod mill-parroċċa tiegħu, l-istatwa fil-kartapesta għaddiet mill-ewwel proċess ta’…

Ekonomija u Finanzi

Id-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li minn Ottubru li ġej, lubricating oil, magħruf ukoll bħala petroleum oil, u tabakk tal-‘water-pipe’, ma jistgħux jinbigħu mingħajr ma jkunu ssiġillati bit-timbru tas-sisa. Fi stqarrija d-Dipartiment…

Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Aktar