Kronaka
Tfajla bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur f’Birkirkara

Mara ta’ 19-il sena li tgħix Ħal Qormi weġġgħet gravi f’ħabta f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Sir Anthony Mamo għall-ħabta tas-6.15am.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara marru fuq il-post u minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Isuzu li kienet qed tinstaq min raġel ta’ 44 sena li jgħix San Ġwann u mutur tal-għamla Benelli li kien qed jinstaq mit-tfajla.

It-tfajla ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.