Filmat – tfajla feruta f’ħabta qrib il-junction tal-Kappara

Żagħżugħa ta’ 24 sena kienet feruta f’ħabta qrib il-junction tal-Kappara.

Il-pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu meta ż-żagħżugħa kienet qed issuq karozza tat-tip ta’ Volkswagen Golf fid-direzzjoni lejn l-Imsida. Għal xi raġuni t-tfajla tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla fil-barriers u l-ilqugħ li hemm fit-triq b’rabta mal-proġett tal-junction tal-Kappara li għaddej bħalissa.

It-tfajla ttieħdet l-isptar Mater Dei bl-ambulanza. Is-sit tvm.com.mt huwa infurmat li l-kundizzjoni tagħha mhix waħda gravi.