Barranin
Tfajla fl-Italja toqtol lill-missier vjolenti b’daqqa ta’ ponn

Tfajla ta’ 19-il sena fl-Italja qed tinżamm arrestata wara li qatlet lil missierha ta’ 41 sena, li kellu storja twila ta’ vjolenza domestika.

Il-qtil possibilment se jitqies bħala wieħed ta’ difiża, hekk kif fil-ħin li seħħ il-każ Lorenzo Sciacquatori kien qed isawwat lil bintu Deborah, kif ukoll lil ommha u lil nannitha.

Il-każ ixxokkja l-komunità ta’ Monterotondo Scalo, li kienu jafu bil-problemi ta’ Lorenzo, li jingħad li kien jabbuża mix-xorb u d-droga, u li kellu għadd ta’ rapporti fuq vjolenza domestika.

Residenti fl-inħawi li tkellmu mal-midja qalu li Deborah kienet tfajla eżemplari, tistudja u taħdem minkejja l-isfond tal-problemi familjari, li madankollu ma kinitx titkellem dwarhom.

Lorenzo Sciacquatori kien eks Champion tal-boxing, iżda matul is-snin kien inħakem mill-vizzji u xellef difrejh mal-liġi.

Bintu Deborah wkoll kienet tħobb tipprattika l-boxing, u għalkemm l-ewwel rapporti kienu jindikaw li Lorenzo nqatel b’sikkina, iktar tard kien ikkonfermat li miet b’emorraġija interna kawża ta’ daqqa ta’ ponn f’għajnu.

Allegatament Deborah qalet lill-Pulizija li ma riditx toqtol lil missierha, u li tagħtu daqqa biex tipproteġi lil ommha u lil nannitha waqt li kienu qed jippruvaw jaħarbu minn taħt idejh.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Dan hu l-mument fejn it-tarbija tat-twelid li ngħatat l-isem ta’ India nstabet f’basket tal-plastik f’Georgia l-Istati Uniti. Kienet il-bikja rqiqa tagħha li wasslet biex residenti fl-inħawi fejn intrema l-basket joħorġu…

Barranin

San Francisco sar l-ewwel pajjiż fl-Istati Uniti li pprojbixxa l-bejgħ tal-e-cigarettes. Dan sakemm ikun ċar x’effett għandhom fuq is-saħħa. Nhar it-Tlieta li għadda ġie vvotat biex ikun illegali li bejjiegħa…

Teknoloġija

Għall-ewwel darba, il-kumpanija tal-Facebook qablet li tagħti informazzjoni ta’ utenti Franċiżi li huma suspettati li jiktbu kliem ta’ mibegħda lill-Qorti meta tkun mitluba. Sal-lum il-ġurnata, Facebook ikoopera mal-Qrati Franċiżi fuq…

Barranin

It-taħditiet dwar il-kummerċ li se jsiru bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-President Ċiniż Xi Jinping mistennija jiddominaw is-summit tal-G20 f’Osaka l-Ġappun meta ż-żewġ mexxejja se jiltaqgħu fl-aħħar jum tas-summit…

Aktar