Kronaka
Tfajla l-isptar wara li spiċċat f’għalqa bil-karozza

Tfajla ta’ 25 sena ddaħħlet għal kura l-isptar wara li kienet involuti f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għal ħabta tal-5.30pm fi Triq il-Ħemsija, li tinsab fl-akwati ta’ Ta’ Qali.

Minn informazzjoni li għandu TVM, il-karozza, tal-għamla Mazda Demio spiċċat f’għalqa.

Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lit-tfajla l-isptar, iżda l-kundizzjoni tagħha mhux magħrufa.

Intalbet ukoll l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili.