Lokali
Tfajla Maltija mistiedna mir-Reġina Eliżabetta f’Buckingham Palace

Martina Caruana, tfajla Maltija ta’ 25 sena, ġiet mistiedna mir-Reġina Eliżabetta f’Buckingham Palace biex tingħata premju prestiġġjuż.

Martina ilha taħdem qatigħ biex ittejjeb ħajjet ħaddieħor u għalhekk hija se tiġi rrikonoxxuta bi premju tal-Queen Young Leaders Award f’ċerimonja speċjali li se ssir f’Buckingham Palace f’Londra nhar is-26 ta’ Ġunju li ġej.

Bħal Martina se jkun hemm żgħażagħ oħra mill-pajjiżi tal-Commonwealth li ħadmu b’mod pożittiv biex għenu lill-komunità.

Martina dejjem ħadmet qatigħ biex tagħti sapport lin-nisa f’rwoli ta’ mexxejja u dan dejjem għamlitu bil-għan li tqajjem aktar kuxjenza dwar l-isfidi u l-ostakli li jiffaċċjaw magħhom in-nisa fid-dinja tax-xogħol f’Malta.

Martina ntagħżlet wara proċess kompetittiv li nvolva eluf ta’ applikanti minn madwar il-pajjiżi Commonwealth li qed jaħdmu biex jagħmlu l-ġid fil-komunità.

Fost it-temi globali li qed jaħdmu għalihom dawn iż-żgħażagħ hemm it-tibdil fil-klima, in-nuqqas fit-tqassim tal-ikel, il-vjolenza abbażi tas-sess, is-saħħa mentali u l-aċċess għall-edukazzjoni.

Ir-rebbieħa ta’ dan il-premju prestiġġjuż mistennija jirċievu kors fl-Università ta’ Cambridge fejn se jżuru r-Renju Unit għal programm li jwassalhom għal bosta opportunitajiet oħra ta’ networking, laqgħat u stħarriġ magħmul biex jgħinhom jiżviluppaw bħala mexxejja tal-futur.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Sport

Il-wrestling għal bosta jidher sports goff iżda għal Wayne Pace beda jsegwi l-isport tar-wrestling minn età żgħira, sakemm sar atleta professjonali. Il-wrestling huwa dixxiplina sportiva bir-regoli tagħha saħansitra ta’ ħarsien…

Saħħa

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kompla bl-isforzi biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni dwar il-mard tal-qalb. F’jum ta’ attivitajiet, mijiet ta’ nies għamlu testijiet mediċi f’inizjattiva tas-Soċjetà tal-Qalb biex jikber l-għarfien dwar…

Għawdex

L-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi ser jissukta bi skema ġdida Enable Tourism li kienet tħabbret fil-Budget għal din is-sena. L-iskema hija maħsuba biex itejjeb l-aċċessibiltà fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika. Id-dettalji tagħha tħabbru…

Aktar