Lokali
Tfajla Maltija tirbaħ il-festival Next Generation fl-Italja

Kylie Micallef ta’ 13 –il sena rebħet il-festival Next Generation li ttella’ fl-aħħar jiem f’Gardland l-Italja.

B’din ir-rebħa, il-kantanta Maltija ngħatat dritt għal kuntratt mad-dar tad-diski prestiġġjuża Sonohra li topera taħt il-kumpanija ġganteska Sony.

Fit-tieni post fil-kategorija tal-adulti kklassifika Aiden Aquilina Cohen. Huwa flimkien mal-kantant Bradley Debono se jkunu qed ikantaw f’serata prestiġġjuża għall-karità Premio Beatrice f’Verona l-Italja. F’din is-serata se jkunu qed ikantaw leġġendi mużikali Taljani bħal Matia Bazar.

Kisbiet oħra f’dan il-festival, minn Gail Attard li se tkun parti minn proġett mniedi f’240 pajjiż fid-dinja, u Elisa Andrea Muscat ta’ 15-il sena li rebħet borża ta’ studju ma’ Disney International.

Il-kantanti Maltin kienu mmexxija mill-coach ta’ Voice Lab Malta, Cristina Magrin li tul dan il-festival nediet il-kanzuentta ġdida tagħha, li kitbet hi stess, ‘Be Someone’, liema prestazzjoni ntlaqgħet b’applaws kbir minn ħafna nies prominenti fosthom Direttur mill-kumpanija Warner Italy.