Kronaka
Tfajla passiġġiera fuq mutur l-isptar wara inċident f’Ħal Qormi

Żagħżugħ ta’ 23 sena miż-Żejtun ħelisha ħafif wara li skidja bil-mutur.

L-inċident seħħ fis-7.15am fi Triq il-Mitħna Ħal Qormi.

Miegħu kien hemm passiġġiera, tfajla ta’ 18-il sena li ttieħdet l-isptar.

Il-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhux magħrufa.