Lokali
Tfajla ta’ 16-il sena li tilbes burka biex ma tingħarafx irrapportata nieqsa

Luana Borg, tfajla ta’ 16-il sena ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-aħħar li dehret, it-tfajla kienet liebsa ġakketta griża u qalziet iswed. Hija tilbes burka biex ma tintgħarafx.

Il-Pulizija appellat biex kull min għandu xi informazzjoni dwar din it-tfajla, jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.