Kronaka
Tfajla tindarab gravi f’ħabta fis-Siġġiewi

Tfajla ġarrbet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’ħabta fil-limiti tas-Siġġiewi.  L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.10pm fi Triq is-Salib tal-Għolja.

Skont il-Pulizija, mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li tfajla ta’ 19-il sena minn Ħad-Dingli kienet qed issuq vettura tat-tip Toyota Vitz u għal xi raġuni ħabtet ma’ vettura tat-tip Isuzu NR-B li kienet misjuqa minn raġel ta’ 67 sena minn Ħad-Dingli wkoll.

Fit-Toyota mat-tfajla, kien hemm tfajla oħra ta’ 20 sena mir-Rabat, li ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.