Qorti
Tfajla tingħata kumpens ta’ €70,000 wara li ntlaqtet minn żiemel u baqgħet b’diżabbiltà

Il-Qorti ordnat li żagħżugħa ta’ 18-il sena tingħata kważi €70,000 f’kumpens għal danni li sofriet sitt snin ilu f’attività ta’ tlielaq taż-żwiemel f’Ħal Far. Shania Micallef kienet qed tara tellieqa meta ntlaqtet minn pony u sofriet ġrieħi serji.

Il-ġenituri taż-żagħżugħa fetħu kawża fil-konfront tal-organizzatur, Pierre Cuschieri, wara li binthom għamlet perjodu twil ma tattendix l-iskola u baqgħet tbati minn trawma psikoloġika.

L-Imħallef Lawrence Mintoff qal li mix-xhieda ħareġ li l-livell tal-organizzazzjoni ma kienx iħares ir-regoli bażiċi tas-sigurtà. Hu żamm lil Cuschieri responsabbli għall-inċident li fih it-tfajla sofriet diżabilità ta’ 24%.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Fl-aħħar sentejn sar b’aktar minn miljun Ewro f’xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fi 32 blokka ta’ appartamenti tal-Gvern f’Ħal Qormi. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li b’dan l-investiment…

Trasport

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li b’arranġament ma’ Transport Malta, se jiġi offrut is-servizz ta’ trasport b’xejn aktar kmieni mis-soltu, is-Sibt 25 ta’ Mejju. Dan qiegħed isir biex jiġi ffaċilitat…

Elezzjoni

L-FKNK fi stqarrija ħeġġet lill-kaċċaturi u nassaba u l-familji tagħhom ma jastjenux milli jivvutaw nhar is-Sibt li ġej. Dan l-għaqda qalitu għaliex temmen li biex jissolvew il-problemi li nħolqu għad-delizzju tal-kaċċa…

Elezzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar illi l-votanti li għadhom ma ġabrux id-dokumenti għall-vot relatat mal-elezzjonijiet imsemmija jistgħu jiġbruhom personalment illum sal-10pm u għada mit-8am sa nofs il-lejl mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Għall-votanti rreġistrati…

Aktar