Barranin
Tfajla tinqatel minn tliet klieb il-baħar waqt vaganza fil-Bahamas

Tfajla Amerikana ta’ 21 sena tilfet ħajjitha wara li kienet attakkata minn tliet klieb il-baħar f’daqqa meta kienet qed tgħum fil-gżejjer Bahamas.

Jordan Lindsey, studenta, kienet tinsab fuq Rose Island għal vaganza flimkien mal-ġenituri tagħha, u fil-ħin tal-attakk kienet qegħda f’wiċċ l-ilma tħares lejn qiegħ il-baħar bil-maskra.

Il-ġenituri tagħha raw il-klieb il-baħar resqin lejha u bdew jgħajtulha, iżda ma semgħethomx. Il-klieb il-baħar gidmulha saqajha, l-warrani u qaċċtulha driegħ, f’attakk meqjus għal kollox stramb, u li qed jiġi investigat.

Ftit tal-ħin qabel, persuna fil-viċinanzi ħadet ritratt li juri kelb il-baħar magħruf bħala ‘tiger shark’, li huwa maħsub li attakka lil Lindsey.

Attakki bħal dawn huma tassew rari. Bejn l-2006 u l-2016 fil-Bahamas kull ma seħħew erba’ attakki minn klieb il-baħar, u wieħed minnhom biss kien fatali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ix-xjentisti, ħasbu li din il-ħlejqha għosfrot għal kollox wara li ilha ma titfaċċa madwar 30 sena. Dan il-mammiferu, magħruf aħjar bħala mouse-deer jew silver-backed chevrotain, intlemaħ f’foresta fil-Vjetnam u għandu…

Barranin

Minn tal-anqas 12-il persuna mietu f’inċident bejn żewġ ferroviji f’Bangladesh. Fl-inċident indarbu mal-100 persuna oħra iżda l-midruba jafu jiżdiedu hekk kif hemm uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post biex isalvaw lin-nies…

Barranin

Il-Professur Russu, Oleg Sokolov deher quddiem il-qorti ta’ San Pietruburgu lbieraħ mixli bil-qtil makabru ta’ Anastasia Yeshchenko. Sokolov, li għandu 63 sena, u huwa espert fil-qasam tal-istorja speċjalment fejn jidħol…

Barranin

Minkejja l-kritika kollha dwar kif ġiet interpretata t-tema tas-saħħa mentali, il-film Joker għamel profitt qawwi ta’ aktar minn $890 miljun. Joker issa sar l-aktar film ibbażat fuq storja tat-tip comic li…

Aktar