Lokali
Tfajla tinżamm arrestata wara li rreżistiet Pulizija bi vjolenza

Jeanine Borg ta’ 21 sena minn Bormla tressqet b’arrest il-qorti akkużata li għal ħabta tal-erbgħa filgħodu, f’Paceville, irreżistiet bi vjolenza kuntistabbli tal-pulizija mara.

It-tfajla ċaħdet l-akkużi  u talbet għall-ħelsien mill-arrest. Id-difiża qalet li l-akkużata għadha żgħira u għandha kondotta nadifa. Min-naħa tagħha, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba gravità tar-reat u qalet li jekk tingħata l-libertà proviżorja, għandha tinħareġ ordni ta’ protezzjoni għall-pulizija involuta.

Il-Qorti tatha il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar