Kronaka
Tfajla tweġġa’ gravi f’ħabta f’Birkirkara

Mara ta’ 19-il sena li tgħix Ħal Lija qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’ħabta f’Birkirkara.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq Dun Karm għall-ħabta tas-2.00pm.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 22 sena mill-Maċedonia li jgħix f’Birkirkara, u Toyota Tercel li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 19-il sena li jgħix il-Pietà. Fit-Tercel kien hemm ukoll it-tfajla.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.