Unjoni Ewropea
Tfal fi skolasajf jiskopru iktar dwar l-UE

Għas-seba’ sena konsekuttiva, it-tfal li jattendu ċ-ċentri ta’ skolasajf f’Malta u Għawdex qed jingħataw l-opportunità jiskopru aktar dwar l-Unjoni Ewropea. L-għan ta’ dawn l-attivitajiet hu li jqarrbu l-kulturi u t-tradizzjonijiet tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea mat-tfal.

Bit-tema Connecting Cultures, iċ-ċentru għall-informazzjoni Europe Direct Valletta, immexxi mill-MEUSAC, flimkien mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, jorganizzaw attivitajiet għat-tfal li jattendu ċ-ċentri ta’ skolasajf. It-tema ntgħażlet minħabba li din is-sena hija s-sena ewropea tal-wirt kulturali.

Permezz ta’ 30 attività, l-uffiċjali tal-MEUSAC qed jiltaqgħu ma’ 700 tifel u tifla u jgħallmuhom dwar il-kulturi u tradizzjonijiet tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Elena Maria Gauci qalet li “jiena tgħallimt li hemm 28 pajjiż fl-UE, u li kull bandiera hija differenti u li kulħadd għandu kultura differenti”.

Matthias Zahra stqarr li “tgħallimt pereżempju fejn qegħdin Finland u Denmark fil-mappa, għax qabel ma kontx nafha kollha u issa tgħallimt naqra iktar minnha”.

Aiden Zammit qal li “hemm ħafna postijiet fejn tista’ tmur, bħal pereżempju Denmark hemm l-istorja ta’ The Little Mermaid.”

Gabriel Camilleri stqarr li “l-ismijiet tagħhom huma naqa’ strambi, bħaż-Zack Repubblika!!!”

Martina Camilleri qalet li “tgħallimna fuq il-kultura hekk u hawnhekk kien hawn il-postijiet u kulħadd beda joqgħod jitfa’ l-bandieri u l-ismijiet.”

Il-Manager tal-Komunikazzjoni u l-Avvenimenti fi ħdan il-MEUSAC, Joe Sciberras spjega għaliex isiru dawn l-attivitajiet mat-tfal.

Joe Sciberras qal li “l-Unjoni Ewropea ħaġa waħda hija ħafna ikbar milli kieku kull pajjiż jaħdem għal rasu. U din it-tfal jagħrfuha għax illum ir-realtà li qed jgħixu hija ta’ taħlit ta’ kulturi differenti, japprezzaw il-kulturi differenti, u jaslu biex jifhmu aħjar din l-UE li llum huma ċittadini tagħha.”

David Chircop mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, qal li dan hu mezz ieħor li bih jitgħallmu t-tfal.

David Chircop qal li “bis-saħħa tal-attivitaijiet interattivi t-tfal qegħdin jitgħallmu iktar rigward l-Ewropa, rigward in-nies differenti, għandek mal-500 miljun ċittadin.”

Dan kollu jseħħ waqt li t-tfal jagħrfu l-valuri li jgħaqqdu lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fosthom l-paċi, il-prosperità, is-soldarjetà, ir-rispett, u l-ugwaljanza.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-problema dinjija tad-droga kienet diskussa f’laqgħa ta’ livell għoli mmexxija mill-President tal-Istati Uniti, Donald Trump. Il-laqgħa saret fil-bini tan-Nazzjonijiet Magħquda, fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat beda ġimgħa impenjattiva ta’ laqgħat…

Lokali

Raġel ta’ 40 sena ma nstabx ħati li abbuża sesswalment minn tifla ta’ tmien snin f’Lulju tas-sena l-oħra fil-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa. Fil-Qorti ntqal li l-akkużat kien man-neputija tiegħu fejn il-baħar,…

Unjoni Ewropea

Wara li l-Maltin żammew lura f’konsultazzjoni pubblika mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħin tas-sajf, issa qed jerġgħu jingħataw l-opportunità juru fehemthom f’konsultazzjoni pubblika fuq bażi nazzjonali. F’livell Ewropew, il-maġġoranza tal-Ewropej urew il-fehma…

Ambjent

Wara l-bidla tal-magni tal-impjant il-ġdid tal-gass f’Delimara, il-kumpanija li tmexxi l-power station D3 Power Generation Ltd (D3PG) qed tgħid li l-arja li hemm fl-inħawi tal-impjant hija aktar nadifa. Fi stqarrija,…

Aktar