Barranin
Tfal fost 30 mejta f’minjiera tad-deheb fl-Afganistan

Minn tal-anqas 30 persuna, fosthom tfal, mietu meta sfrondat minijiera tad-deheb fl-Afganistan. Sebgħa oħra sofrew xi ġrieħi, u għexieren inqabdu taħt it-tifrik.

Il-każ seħħ fil-provinċja ta’ Badakhshan, fejn residenti tal-villaġġ kienu qed iħaffru xaft fond mas-60 metru mal-bank tax-xmara biex ifittxu d-deheb. Fil-ħin li seħħ l-inċident kienet qed tintuża gaffa.

Kelliem għall-gvernatur tal-provinċja qal li r-residenti tal-villaġġi ilhom snin twal involuti fin-negozju tal-minijieri u l-awtoritajiet m’għandhomx kontroll fuqhom.

Il-kunflitt mat-Talibani wassal għal żieda fil-minijieri illegali, kemm mir-residenti u anki mit-Talibani, li jużaw id-deheb biex jiffinanzjaw l-operat tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar