Barranin
Tfal fost għexieren maqtula f’attakk fuq xarabank fil-Yemen

Tfal tal-iskola taħt l-10 snin kienu fost għexieren li nqatlu u weġġgħu f’attakk fuq xarabank fin-naħa ta’ fuq tal-Yemen.

Allegatament l-attakk mill-ajru twettaq mill-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija.

Il-Ministeru tas-Saħħa tal-Yemen, li qed jitmexxa mill-moviment tar-ribelli Houthi, qal li b’kollox inqatlu 43 persuna.

Il-koalizzjoni, li qed tappoġġja lill-Gvern tal-Yemen fi gwerra kontra r-ribelli Houthi, qalet li l-azzjonijiet tagħha huma leġittimi.

Il-koalizzjoni tisħaq li qatt ma tattakka persuni ċivili intenzjonalment, iżda għaqdiet għad-drittijiet tal-bniedem isostnu li qed tattakka swieq miftuħa, skejjel, sptarijiet u żoni residenzjali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għall-imprenditur Taljan Alberto Vazzoler, li jaħbi €40,000 f’torta nejja kienet probabbli waħda mill-agħar deċiżjonijiet li qatt għamel. Dan għaliex mhux biss il-flus spiċċaw maħruqa fil-forn meta s-sieħba sabet l-istrudel u…

Barranin

F’Kalifornja, David u Louise Turpin weħlu għomorhom il-ħabs wara li nstabu ħatja li rabtu, ittorturaw u qaflu lit-13-il wild tagħhom. Il-każ imur lura għas-sena l-oħra meta tifla tal-koppja Turpin, li…

Barranin

Il-Pulizija Irlandiża ppubblikat filmati minn kameras tas-sigurtà li juru l-mumenti qabel inqatlet il-ġurnalista Lyra McKee ta’ 29 sena nhar il-Ħamis li għadda. Mc Kee, li kienet qed tirrapporta minn Derry,…

Aktar