Barranin
Tfal fost l-24 persuna li nqatlu fi ġlied f’Papua New Guinea

F’Papua New Guinea, nisa u tfal irrapurtati li nqatlu f’massakru tribali. Ġie rrapurtat li mill-inqas 24 ruħ inqatlu fi ġlied bejn tribujiet rivali fil-provinċja ta’ Hela. Qed jingħad li l-għadd ta’ nies mejta mistenni li jitla’.

Il-Prim Ministru tal-pajjiż James Marape wiegħed li se jaqbad lill-qattiela u qal li dan kien l-iktar jum ta’ dieqa li qatt kellu f’ħajtu. Dan kien wieħed mill-agħar każijiet ta’ vjolenza tribali fi snin twal. It-tensjoni bejn tribuijiet rivali ilha għaddejja għal dawn l-aħħar għoxrin sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tat-Turkija, Recep Tayipp Erdogan, jgħid li pajjiżu se jisħaq l-irjus ta’ ġellieda Kurdi jekk ma jirtirawx minn żona sigura fit-Tramuntana tas-Sirja. Erdogan qal li jekk dan ma jseħħx sat-Tlieta…

Barranin

Fiċ-Ċilì, il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Santiago wara li studenti universitarji għamlu ħerba fit-toroq minħabba żieda fin-nollijiet tas-servizz tal-metro. Id-dimostranti ivvandalizzaw għadd ta’ stazzjonijiet tal-metro, taw in-nar f’diversi postijiet…

Barranin

Fis-Siberja, mill-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom u 13-il oħra għadhom irrapportati nieqsa wara li ċediet diga minjiera tad-deheb. Id-diga ċediet wara l-għargħar li laqtu ż-żona. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 14-il…

Barranin

Il-Ministru għall-Intern Spanjol, Fernando Grande-Marlaska, qal li s-sitwazzjoni f’Katalunja tinsab taħt kontroll wara li l-lejl li għadda ssuktaw il-protesti u l-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, it-tensjonijiet eskalaw…

Aktar