Tfal
Tfal fil-fostering jistgħu jiġu adottati wara 3 snin

F’ċirkostanzi straordinarji familji li jiffosterjaw se jkunu jistgħu jadottaw lit-tfal wara tliet snin biss li jkunu fil-kura tagħhom. Dan bis-saħħa ta’ emendi fil-liġi l-ġdida għall-protezzjoni tal-minuri li daħlet fis-seħħ ftit tal-jiem ilu. Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon ħabbar li qed jiġi ppjanat ċentru terapewtiku għal tfal b’imġiba diffiċli.

Wara li ftit tal-jiem ilu daħlet fis-seħħ il-liġi tal-protezzjoni tal-minuri, il-Ministru għall-Familja Michael Falzon qal li minħabba s-sensittività ta’ din il-liġi, l-abbozz baqa’ jiġi rfinut sal-aħħar minuta. Qal li fost it-tibdil li sar infetħet it-triq biex familja li tiffosterja lit-tfal tista’ tibda l-proċeduri għall-adozzjoni tal-istess tfal wara ħames snin minflok għaxar snin. Dr Falzon qal f’każijiet straordinarji, il-proċedura tal-adozzjoni tista’ tibqa’ anke wara tliet snin. Il-Ministru qal ukoll li b’din il-liġi l-ġdida hemm ippjanat ċentru terapewtiku għal tfal b’aġir diffiċli ħafna.

Michael Falzon qal “ġieli jkollok minuri li għal raġunijiet diversi jkunu inkontrollabli li jagħmlu ħsara lilhom nfushom u oħrajn, u flok ma jispiċċaw ħabs, jintbagħtu f’dan iċ-ċentru għal edukazzjoni u terapija”.

Il-konsulent dwar dil-liġi, Dr. Andy Ellul spjega bidliet importanti li daħlu fis-seħħ f’din il-liġi fosthom il-protezzjoni li qed tingħata wkoll lil professjonisti u l-istrutturi li jiżguraw l-aħjar interessi tat-tfal.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed iwissi lill-pubbliku dwar kejkijiet żgħar tad-ditta No Moo. Id-Direttorat qal li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi…

Ambjent

Balavostri li nstabu mkissra fil-Barakka ta’ Fuq taw l-impressjoni ta’ att vandalu, iżda xhud fuq il-post qed isostni mod ieħor. Sezzjoni tal-balavostri biswit it-taraġ li jwassal għall-batterija tas-salut, instabu nieqsa…

Kronaka

Ħadd ma weġġa’ meta vann spiċċa fuq ir-roundabout magħrufa bħala tal-Imgħallaq, f’Ħal Qormi. Il-Pulizija qalet lil TVM li kienet infurmata bl-inċident għall-ħabta tas-1.15pm. Pulizija marru fuq il-post biex jinvestigaw, bid-dinamika…

Lokali

Is-serata finali ta’ ‘X Factor Malta dalwaqt magħna… Is-Sibt 8 ta’ Frar l-MFCC, Ta’ Qali. Jekk trid tkun parti mill-udjenza dakinhar biex issegwi mill-qrib l-artisti favoriti tiegħek, ħaffef u ixtri l-biljetti  hawnhekk….

Aktar