Barranin
Tfal imħeġġa jpejpu – tradizzjoni kontroversjali fil-Portugall

Fil-vilaġġ ċkejken ta’ Vale do Salgueiro, l-Epifanija tiġi ċċelebrata b’purċissjoni, mużika, inbid u tfal ipejpu s-sigaretti.

F’għajnejn pajjiżi oħra, it-tradizzjoni tar-residenti ta’ Vale do Salgueiro hija kontroversjali iżda għal dawn il-Portugiżi, li tfal ta’ 5 snin ipejpu waqt iċ-ċelebrazzjonijiet mhu xejn ta’ barra minn hawn.

Din l-użanza antika ħadd ma jaf iwieġeb eżatt minn fejn nibtet iżda l-adulti jixtiequ jkomplu mat-tradizzjoni minkejja jafu bil-perikli li jġib miegħu t-tipjip.

It-tfal ma jpejpux sigarett wieħed biss iżda jniżżlu bejn żewġ u tliet pakketti kuljum waqt il-jiem taċ-ċelebrazzjoni.

L-adulti tar-raħal ċkejken isostnu li m’hemm xejn ħażin li t-tfal tagħhom ipejpu l-għaliex dan jagħmluh biss fl-Epifanija.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo dejjem jispiċċa fl-aħbarijiet – jekk mhux għall-futbol għall-ġesti oħrajn li jagħmel barra l-pitch.  Infatti, l-aħħar rapport fuq il-media barranija jikxfu kemm il-ġenerożità tal-plejer multimiljunarju ma taqta’ qatt….

Unjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea rreferiet lill-Greċja, l-Irlanda u r-Rumanija lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja talli naqsu li jimplimentaw r-raba’ direttiva kontra l-ħasil ta’ flus fil-liġijiet nazzjonali tagħhom. Fi stqarrija, il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Qorti…

Enerġija

L-Italja tat assigurazzjoni lill-Ażerbajġan li se jsir il-proġett tal-pipeline tal-gass bejn iż-żewġ pajjiżi minkejja l-polemika li nqalgħet bejn l-awtoritajiet u l-ambjentalisti fix-xhur li għaddew. Din id-dikjarazzjoni saret mill-President Taljan Sergio…

Trump

Il-White House insistiet li temmen li r-Russja għadha theddida għall-Istati Uniti. Dan intqal wara li l-President Donald Trump deher ma jaqbilx mal-Intelliġenza tal-Istati Uniti meta wieġeb ‘le’ għal mistoqsija dwar…

Aktar