Lokali
Tfal itellgħu l-ewwel film bil-Malti – Il-Misteru tal-Għoġol tad-Deheb

Din il-ġimgħa għall-ewwel darba se jintwera fis-swali taċ-ċinema l-ewwel film Malti għat-tfal, bl-isem ‘Il-Misteru tal-Għoġol tad-Deheb’. Il-produttur tal-film Ruth Frendo qalet li l-film kellu l-għajnuna ta’ konsulent uffiċjali tal-films Pixar u Disney Bobette Buster u Jeff Murfey li kien rebaħ Bafta Award għall-kitba.

Din il-ġimgħa fis-swali taċ-ċinema se jintwera għall-ewwel darba l-ewwel film bil-Malti għat-tfal, maħdum minn atturi Maltin, b’kitba ta’ Ruth Frendo. Ruth Frendo u żewġha Charlo Bonnici li ħadmu flimkien fuq il-produzzjoni ta’ dan il-film qalu li l-istorja ġiet ispirata minn leġġenda Maltija li dehret fir-rivista internazzjonali The National Geographic li kienet tgħid li fis-snin 40 f’Malta, klassi ta’ studenti Maltin u l-għalliema tagħhom, marru mawra taħt l-art u sparixxew.

F’dan il-film ħadu sehem atturi tfal, bħala protagonisti Aiken Buhagiar ta’ 11-il sena magħruf fis-sehem tiegħu fid-drama televiżiva u Neve Mansueto ta’ 13-il sena.

Neve Mansueto qal li “kienet esperjenza memorabbli ħafna, tgħallimt kif nistenna għall-focus tal-kamera pereżempju, u ħadt pjaċir mal-cast l-ieħor u l-crew”.

Oħt Neve, Amber ta’ 9 snin qalet li din hija eseprjenza tat-tfulija li ser tibqa’ magħha għal ħajjtiha kollha. Amber Mansueto qalet li “l-ewwel film li ħdimt bil-Malti u l-esperjenza mal-crew kienet tant sabiħa”.

Fost atturi oħra f’dan il-film, hemm Henry Zammit Cordina, Mandy Micallef Grimaud, Christabelle Scerri u Deandra Agius, taħt id-direzzjoni ta’ Alenka Falzon. Ruth Frendo qalet li ħasbet li għandha toħroġ film ta’ avventura bil-Malti għat-tfal.

Ruth Frendo qalet li “dejjem rajtha ħasra kbira li Malta qatt ma kellna xejn daqshekk ta’ livell bħala avventura għat-tfal, kulħadd naħseb xi darba jew oħra ħolom li xi darba jsib teżor”.

Dan il-film inħadem bl-għajnuna tal-Fond Malti għall-films u hemm il-ħsieb li l-film jinħadem bil-lingwa Ingliża. Qabel mal-film beda jintwera fis-swali taċ-ċinema, ħareġ ukoll il-ktieb li permezz tiegħu t-tfal jistgħu jużaw application bil-mobile u jaraw siltiet mill-film permezz tal-mobile.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, it-Tlieta, 16 ta’ Jannar, 2018 The Times of Malta Fuq il-faċċata storja li tgħid li l-Vitals Global Healthcare se tieħu €80 miljun…

Lokali

Jintlaħaq qbil dwar il-ftehim kollettiv ġdid tal-piloti tal-Airmalta. Dan intqal fi tweet tal-Prim Ministru Joseph Muscat. TVM huwa infurmat li llum reġgħu ltaqgħu fil-Ministeru għat-Turiżmu rappreżentanti tal-Gvern, it-tim tan-negozjar tal-Air…

Lokali

Is-servizz Carer at Home qabad sew u m’għadux proġett pilota. Fl-aħħar sentejn, mal-mitejn familja bbenefikaw minn sussidju tal-Gvern. TVM ltaqa’ ma’ koppja anzjana li rat differenza f’ħajjitha mindu għandha l-għajnuna…

Lokali

TVM jinsab f’pożizzjoni jiżvela li għadhom kemm waslu Malta żewġ ajruplani wet lease, jiġifieri mikrija bl-ekwipaġġ abbord, bħala parti minn arranġamenti li l-Air Malta qed tagħmel għall-eventwalità li tittieħed xi…

Aktar