Lokali
It-tfal jesperjenzaw Valletta 2018 bi tradizzjonijiet Maltin

Mawra edukattiva għal studenti tat-tieni sena tal-iskola San Benild f’Tas-Sliema kienet ikkaratterizata mill-element tradizzjonali Malti. Ewlenin fosthom il-karozzin, il-lanċa kif ukoll għanjiet Maltin.

Fuq in-noti tal-kanzunetta tal-Greenfields – il-karozzin – grupp ta’ studenti mill-iskola San Benild f’Tas-Sliema beda l-mawra tiegħu għall-Kapitali.

L-istudenti tat-tieni sena sabu jistennew il-karozzini li wasluhom għax-Xatt, minn fejn qabdu l-lanċa għal Marsamxett.

L-għalliema Claudia Vella spjegat li permezz ta’ din il-ħarġa edukattiva l-istudenti se jatwaw dak li qed jagħmlu fil-klassi.

Claudia Vella qalet li “l-ewwel għan hu li t-tfal jesperjenzaw mezzi ta’ trasport tradizzjonali bħalma hu l-karozzin u l-lanċa li ħa nirkbu minn Tas-Sliema. Għan ieħor hu li t-tfal jużaw il-flus ħa jħallsu biex jixtru l-biljett tagħhom għal fuq il-lanċa, ħa jmorru s-suq il-Belt fejn ħa jixtru ħxejjex u frott li bih imbagħad se jsajru l-iskola stess.”

L-għalliema spjegat li din il-mawra ntrabtet mal-fatt li l-kapitali Maltija din is-sena hija wkoll il-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Għalhekk l-istudenti żaru ħames postijiet fil-Belt bħal Pjazza Tritoni, it-Teatru Rjali, id-Daħla tal-Belt, Pjazza San Ġorġ u s-Suq tal-Belt fejn permezz ta’ ritratt li ħejjew l-għalliema setgħu jqabblu kif kienu dari u kif inhuma llum.

U bi tħejjija għal din il-mawra ma naqasx li l-istudenti tgħallmu jkantaw għanjiet tradizzjoniali bħall-Karozzin kif ukoll lanċa ġejja u oħra sejra.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Lokali

Il-Ministru Evarist Bartolo iltaqgha’ wkoll mad-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio fejn tkellmu fuq kif nistgħu naħdmu flimkien u naqsmu l-esperjenza li għandna fil-qasam tax-xogħol u li nħeġġu iżjed persuni jidħlu…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat talab lil Simon Schembri biex jikkunsidra li, jekk ikun jista’, jibqa’ fil-Korp tal-Pulizija biex ikompli jservi ta’ ispirazzjoni għall-membri u għall-pubbliku. Dan waqt laqgħa li kellu mal-Kuntistabbli…

Aktar