Edukazzjoni
Tfal jiktbu fir-ramel u jibnu l-kastelli

Matul is-sajf il-bajjiet u x-xtut tal-kosta Maltija jkunu miżgħuda tfal u familji li jqattgħu il-ħin jiddevertu, jgħumu u jieħdu gost flimkien.

Konxja mill-ambjent rilassanti qrib il-baħar, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ħasbet li torganizza inizjattiva għal tfal taħt it-tmien snin u l-ġenituri tagħhom biex tinkoraġixxi l-imħabba għall-kitba.

Fil-bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa lmaħna bosta tfal li minflok jaqbżu, jiġru jew jgħumu, sibniehom iħarbxu kliem differenti fir-ramel, jisimgħu storja qasira, jiktbu poeżija u jibnu kastelli tar-ramel.

L-inizjattiva tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu msejħa ‘Xalati ta’ kitba’ hi maħsuba għal tfal ta’ bejn il-ħamsa u t-tmien snin li akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom bdew jimirħu fil-kreattività tal-kitba relatata max-xhur tas-sajf u l-baħar.

Erika Borg Medati li tmexxi dal-programmi qalet li din l-attività hi maħsuba li tippromwovu l-litteriżmu u tgħin lill-ġenituri jiksbu aktar għarfien ta’ kif jgħinu u jinkoraġixxu lill-uliedhom iħobbu l-qari u l-kitba.

Erika Borg Medati qalet “aħna nippromwovu l-istrateġiji tal-kitba u dawn l-istrateġiji l-ġenituri jkunu jistgħu jagħmluhom flimkien ma’ wliehom id-dar biex jgħinu li t-tfal tagħna għada pitgħada jkunu litterati”.

L-għanijiet tax-xalata huma li l-kitba sservi ta’ esperjenza pożittiva u tkun relatata mal-ħajja ta’ kuljum, tħeġġeġ lill-ġenituri jieħdu sehem f’attività edukattiva ma’ wliedhom f’atmosfera rilassanti u ta’ gost.

‘Xalati ta’ Kitba’ huma organizzati darba fix-xahar f’lokalitajiet differenti u huma bla ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Skont il-paġna fuq Facebook, it-Temp Madwarna, jidher li l-ewwel maltempata tinsab wara l-bieb. Skont l-istess paġna diversi mudelli tat-temp qed jindikaw li fl-aħħar jiem t’Awwissu jista’ jkollna l-ewwel xita hekk kif…

Kronaka

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa. Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ…

Lokali

Id-Dwana kkonfiskat 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbiliment f’Bormla. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. Is-sid inqabad fil-fatt joħroġ kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen, li jinsab biswit…

Lokali

Beda jaqta’ x-xagħar ta’ 13-il sena u llum li għandu 68 sena m’għandux ħsieb li jieqaf. Il-barbier Żejtuni Louis Cassar jispjega lil TVM għal xiex mal-bieb ta’ barra weħħel tabella…

Aktar