Attività
Tfal jilbsu ta’ qaddisin u jiġbru l-ikel għall-karità

Fir-raħal taż-Żebbuġ, f’Għawdex, il-festa tal-Qaddisin kollha ġiet iċċelebrata b’inizjattiva ħelwa li nvolviet l-aktar lit-tfal tar-raħal. Waqt li xerrdu d-devozzjoni lejn il-qaddisin, huma ġabru prodotti tal-ikel għall-karità.

Lil hinn mill-bank tal-iskola u mir-rutina ta’ kuljum, grupp ta’ tfal mill-parroċċa ta’ Santa Marija ħadu sehem f’attività bi spritu ta’ karità.

Lebsin ta’ qaddisin, it-tfal ħabbtu bieb bieb lill-parruċċani biex jiġbru mingħandhom prodotti tal-ikel biex jingħataw għall-karità. L-Arċipriet, Dun Ġwann Sultana, qal li fl-istess waqt it-tfal ġabru mingħand in-nies ftit tal-ħelu li qasmuh bejniethom. Żied li t-tfal ma ħabbtux il-bibien idhom f’idhom; ħejjew għan-nies xi ħaġa tajba tal-ħelu huma wkoll, u mhux biss.

“Lil min jiftħilhom il-bieb dawn it-tfal lanqas se jħalluh b’xejn, se jagħtuhom fuljett li fuqu għandu storja ta’ qaddis u jistiednu lin-nies sabiex jaqraw dik l-istorja tal-qaddis u lil dak il-qaddis jitolbuh matul is-sena u jaħtruh bħala l-qaddis patrun tagħhom,” qal Dun Ġwann.

L-Arċipriet qal li fil-jiem li l-Knisja qed tfakkar il-qaddisin u l-mejtin kollha, il-parroċċa taż-Żebbuġ ħeġġet lill-komunità biex iżżejjen it-twieqi tad-djar bl-istatwi tal-qaddisin. “Ħalli aħna verament nitolbu l-għajnuna t’Alla bl-interċessjoni tal-qaddisin patruni tagħna.”

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Karnival ta’ Malta jinżel fl-istorja mhux biss għall-karrijiet, u kostumi u maskeruni ikkuluriti, iżda wkoll għat-temp tar-rebbiegħa li għamel f’nofs ix-xitwa. U dan huwa element importanti fir-renju tal-bluha li għat-tielet…

Teknoloġija

L-Awtorità għall-Innovazzjoni Diġitali, li għandha r-responsabiltà li tirregola s-settur tad-Distributed Ledger Technologies u l-Intelliġenza Artifiċjali, għaddejja b’taħdidiet ma’ numru ta’ entitajiet fosthom Transport Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex tintuża l-aħħar teknoloġija…

Saħħa

Rapport annwali miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard juri li f’temp ta’ għaxar snin il-każijiet ġodda ta’ HIV f’Malta sparaw il-fuq. Kienu 72 persuna li tul is-sena li għaddiet irriżultaw…

Qasam soċjali

Taqra l-brevjar minn fuq it-tablet waqt li qed tagħmel id-dijalisi, Suor Agnes Zammit qalet li din hija r-realtà li ilha tgħixha għal dawn l-aħħar xahrejn għal tliet darbiet fil-ġimgħa. Hija…

Aktar