Edukazzjoni
Tfal jitgħallmu kif isir ktieb bl-idejn

Il-qari huwa importanti iżda kemm hu faċli li nġorru ktieb u naqrawh? Ninsabu fl-eqqel tas-sajf – loġikament l-iktar staġun mill-erbgħa li matulu żgħar u kbar ikollhom ftit ħin iżjed mis-soltu biex jiddedikawh għall-qari.

Ninsabu fl-eqqel tas-sajf, iżda minkejja l-mewġa kbira ta’ sħana, il-Librerija Pubblika Ċentrali fil-Furjana, hija mimlija ħajja. Min jaqra xi ktieb, min iqalleb qalb l-ixkafef tal-kotba u min jipparteċipa f’waħda mill-attivitajiet tal-‘Malta Libraries Kids Summer Programme’.

Il-Ħamis filgħodu, qbiżna qabża sal-librerija, u fil-fatt sibna għaddejja waħda minn dawn l-attivitajiet… sessjoni tas-sengħa kif isir ktieb maħdum bl-idejn. Margaret Zammit, id-Deputat Librar fil-Librerija Pubblika Ċentrali spjegat li l-programm immirat għat-tfal ivarja minn oġġrtti magħmulin bl-idejn, mużika u anke drama.

Margaret Zammit qalet li “r-rwol tal-libreriji pubbliċi minn dejjem kien li nipprovdu materjal ta’ qari, edukattiv u informazzjoni. Però qed immorru oltra minn hekk u qegħdin iktar ninkoraġġixxu l-kreattivita fit-tfal. Dan huwa programm li huwa ta’ pjaċir għat-tfal biex f’dawn il-ġranet tas-sajf ma jitilqux il-qari u fl-istess ħin nattiraw lit-tfal b’mod differenti u mhux tradizzjonali kif imdorrijin bihom.”

Is-Sinjura Zammit ħaġġet lit-tfal u anke lill-adulti, biex matul ix-xhur tas-sajf ma jabbandunawx il-qari. Qalet li għalkemm il-vaganzi ħafna ifittxu l-baħar jew żvog ieħor ta’ divertiment, u minkejja l-avvanzi teknoloġiċi li jistgħu jkunu ta’ distrazzjoni, sostniet li l-ktieb tradizzjonali għadu mfittex.

Margaret Zammit qalet li “il-ktieb tradizzjoni għadu mfittex. Infatti s-sena li għaddiet s-self qabeż id-disa mitt elf u dis-sena, fl-ewwel sitt xhur tas-sena għamndna żieda ta’ 20% fuq s-sena li għaddiet u din hija figura rekord.”

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….

Saħħa

L-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari bħalissa għandha 200 membru li għandhom marda rari. Dan qalitu ċ-Chairperson u Fundatriċi tal-Alleanza, Michelle Muscat, meta tkellmet f’attività fl-okkażjoni tat-tielet sena mit-twaqqif ta’ din l-għaqda…

Xogħol

Il-General Workers Union qed issejjaħ għal emendi fil-liġi tax-xogħol biex il-prinċipju ta’ ħlas ugwali għall-istess xogħol jitwessa’ u jkopri lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f’azjenda, inkluż dawk li m’humiex f’impjieg dirett…

Aktar