Barranin
Tfal maqbuda ġo skola waqt għargħar kbir fi Queensland

Fl-Awstralja, partijiet kbar mill-istat ta’ Queensland spiċċaw mgħarrqa kawża ta’ xita qliel fl-aħħar jiem.

Ħadd mhu rrappurtat li ndarab, madankollu 225 dar għerqu u 72 tifel u tifla waqt attività tal-iskola fit-Tramuntana ta’ Ingham sabu ruħhom iżolati minħabba li l-ilma għola f’daqqa.

L-aċċess għal għadd ta’ toroq ewlenin u skejjel fin-naħa ta’ fuq ta’ Queensland baqgħu magħluqa.