Edukazzjoni
Tfal nieqsa mid-dawl b’tagħmir ġdid li jgħinhom fil-mixja edukattiva tagħhom

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom.

B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla.

Ħamsa u għoxrin tifel u tifel b’nuqqas ta’ vista bbenefikaw minn tagħmir li fost oħrajn se jgħinhom itejbu l-esperjenza edukattiva tagħhom. Dawn ingħaqdu mal-40 student li diġà ngħataw tagħmir simili skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom f’Diċembru li għadda.

Fost il-benefiċċjarji kien hemm Samwel Farrugia li minkejja li ma jarax, sena ilu ppubblika l-ewwel ktieb tiegħu. Huwa ngħata laptop li għandu programm li jaqralu kull ma suppost jara.

“I can surf the web, write and read certain documents with this. Now what basically a screen reader is for those of you who may not know, is a programme you install on a plain average laptop, it doesn’t have any Braille, it’s a program which when you power on the lap top, and you start using it speaks everything that you need to see. For instance if I go and open a world document, it’s going to tell me a blank document opened and when I press certain keys it’s going to read out what I typed.”

Studenti iżgħar minn Samwel ibbenefikaw ukoll minn dan il-proġett b’investiment ta’ €150,000, li sar b’inizjattiva tal-President’s Trust.

Il-proġett tnebbaħ mill-qaritona nazzjonali li saret fl-iskejjel primarji b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u li permezz tagħha l-istudenti taw donazzjoni għal kull ktieb li qraw.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-President’s Trust hija fondazzjoni privata li bl-għajnuna ta’ diversi tinvesti fis-soċjetà. Spjegat li din l-inizjattiva saret b’konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u mal-aġenzija li tiffoka fuq it-teknoloġija għal persuni b’diżabbiltajiet varji.

Il-Fondazzjoni kkonsultat ukoll mal-għaqda mhux governattiva Advise u anki mal-ġenituri ta’ tfal biex il-proġett ikun jista’ jindirizza l-bżonnijiet edukattivi tagħhom. Il-fondazzjoni sabet l-appoġġ finanzjarju ta’ diversi kumpaniji.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar