Barranin, Kurżitajiet
Il-Facebook issa wkoll għat-tfal?

Il-kumpanija Facebook tintroduċi app ġdida għat-tfal taħt it-13-il sena.

Skont ir-regoli ġenerali tal-kumpanija Facebook, tfal taħt it-13-il sena m’għandhomx ikollhom aċċess għal Facebook. Iżda, it-tfal, jekk ma jidħlux minn bieb jidħlu minn tieqa.

20 miljun tfal taħt l-età jużaw Facebook

Il-kumpanija temmen li dan kollu jiġri minħabba metodi ta’ kontroll li mhux qed jiġu rinfurzati biżżejjed u, huwa maħsub li hemm 20 miljun tfal taħt l-età li jagħmlu użu minn dan in-network.

Biex tindirizza din il-problema, il-kumpanija ħolqot app ġdida magħmula apposta għat-tfal żgħar. Din l-app tirrikjedi l-approvazzjoni tal-ġenituri u l-kumpanija wegħdet li mhux ser tintuża għal ebda skop ta’ riklamar u negozju.

Messenger Kids disponibbli biss fl-Istati Uniti

Din l-app, magħrufa aħjar bħala Messenger Kids, hija verżjoni sempliċi u aktar sigura tal-Facebook Messenger.

L-app tnediet it-Tnejn li għadda u hija għal issa disponibbli biss fl-Istati Uniti għal sistemi li joperaw bl-iOS.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tmenin ġurnata mindu saret l-elezzjoni, l-Italja tinsab qrib li jkollha Prim Ministru ġdid. L-isem propost hu Giuseppe Conte, Professur fil-liġi ta’ 54 sena mill-belt ta’ Foggia fir-reġjun ta’ Puglia… qajla…

Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin

Il-Pulizija tal-Indja qalet li qabdet mara li kienet qed iġġorr xejn inqas minn 106 kapsuli bil-kokaina fl-istonku. Il-mara, li hija barranija, inqabdet bid-droga fl-ajruport ta’ Delhi. Intqal li l-mara ta’…

Barranin

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14. It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux…

Aktar