COVID-19
Tfal taħt it-tliet snin m’għandhomx jitlibbsu maskra

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom.

Dan qalitu meta kienet qed twieġeb il-mistoqsijiet ta’ TVM waqt il-bulettin tal-aħbarijiet illejla, fid-dawl tal-fatt li xi operaturi qed jirreklamaw maskri għat-tfal żgħar u t-trabi.

Bl-istess mod, persuni b’ċertu diżabbiltajiet huma wkoll eżentati milli jilbsu l-maskra.

Rigward l-ilbies tal-visors, Prof Gauci ċċarat li l-avviż legali ġie emendat, u l-visors jistgħu jintlibsu minflok maskri, għax l-evidenza turi li dawn ukoll huma effettivi.

Segwi l-intervista sħiħa ma’ Prof Gauci:

Ara wkoll:

ARA: Prof Gauci tgħid li nħarġu ħames multi ta’ €3,000

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar