Annimali
Tfal tal-primarja jitgħallmu dwar il-klieb tal-kaċċa u l-bies

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf.

Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li ngħataw informazzjoni dwar l-oriġini taż-żewġ razez, l-użu prinċipali tagħhom u l-karatteristiċi li għandhom dawn il-klieb.

Kienu wkoll preżenti membri tal-‘Malta Falconers Club’ (MFC), li għamlu preżentazzjoni fuq il-Bies, magħruf ukoll bħala ‘The Maltese Falcon’, ir-rabta storika li dan il-falkun għandu ma Malta, u t-teknika antika tal-falkunerija li hija waħda mill-eqdem prattiċi tradizzjoni ta’ kaċċa eżistenti. Il-MFC hija waħda minn diversi organizzazjonijiet affiljati mall-FKNK.

Fi stqarrija l-FKNK qalet li aktar kmieni din is-sena, uffiċjali tal-FKNK kellhom laqgħat ma’ Direttur u Uffiċjal ieħor mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Żiedet tgħid li huma ppjanati aktar żjarat mill-FKNK f’diversi skejjel matul is-sena skolastika li jmiss, fejn il-FKNK tkun tista’ tispjega r-rwol u l-kontribuzzjoni tal-kaċċaturi u n-nassaba għall-konservazzjoni tal-ambjent naturali, inkluż l-flora u l-fawna fil-kampanja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħatar lill-Eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella bħala Konsulent dwar l-Avjazzjoni. Il-Ministru Ian Borg qal li Karmenu Vella għandu esperjenza vasta f’diversi setturi…

Lokali

B’investiment ta’ €4.2 miljun il-korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir bdiet il-proġett ta’ restawr tal-Ġnien tal-Mall fil-Floriana, li jinkludi fih 7,500 metru kwadru ta’ pavimentar ġdid. Il-Ministru għall-Infrastuttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li…

Lokali

Peter, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jaqbad €16,500 flus kontanti mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien sejjer Istanbul, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li waqt l-iskrinjar tal-passiġġieri li kienu se…

Annimali

L-għaqda Nature Trust ħabbret li dalgħodu faqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Huma faqqsu li l-lejl ta’ qabel kienu diġà faqqsu 62 fekruna, fl-istess bajja. B’hekk issa b’kollox faqqsu 73…

Aktar