Lokali
Tfal u żgħażagħ b’ideat innovattivi biex jiġbru fondi għar-restawr tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl

L-Għaqda Pawlini fil-Belt Valletta ħarġet b’ideat innovattivi biex tiġbor fondi għar-restawr tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl. Għamlu dan b’attività fi Triq il-Merkanti.

It-tfal u żgħażagħ meddew idejhom biex jgħinu fil-ġbir ta’ fondi għar-restawr tal-Knisja ta’ San Pawl tal-Belt. F’attività oriġinali li sar fi Triq il-Merkanti fil-Belt tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod mill-Knisja ta’ San Pawl, it-tfal u żgħażagħ ġabru fondi għar-restawr waqt li ntefgħu jagħtu kulur lir-replika tal-pittura li hemm mas-saqaf tal-Knisja li qed tiġi restawrata. Din l-attività kienet organizzata mill-Għaqda Pawlini bil-għan li jinġabru fondi ħalli jitkompla proġett ta’ restawr.

Edward Bonello qal li “din hija outline ta’ pittura li hemm fuq is-saqaf tal-Knisja u permezz ta’ din l-attività biex niġbru fondi donazzjonijiet b’risq dan il-proġett enormi.”

Ix-xogħol tar-restawr jinsab f’idejn Dun Charles Vella. Huwa spjega li dar-restawr kien meħtieġ li jsir malajr minħabba li waqgħet biċċa mill-pittura mis-saqaf tal-Knisja.

Dun Charles qal li l-pittura fiha madwar ħames metri u qed tkun trattata pass pass biex terġa’ toħroġ l-oriġinalità tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Stħarrig tal-Eurostat juri li 81 fil-mija tan-negozji f’Malta għandhom website u 18 fil-mija minnhom anke jbiegħu fuqha permezz tal-internet. Dan juri li l-preżenza tan-negozji f’Malta fuq l-internet hija aħjar mill-medja…

Lokali

Il-Eurostat qal li fit-tielet kwart tas-sena, Malta flimkien mal-Kroazja kellha t-tieni l-ogħla rata ta’ żieda fl-impjiegi fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Malta u l-Kroazja b’żieda ta’ 1.1 fir-rata tal-impjiegi ġew wara…

Lokali

Il-vot biex jiġu projbiti l-fosfati fil-laħam tat-Turkish Kebabs ma għaddiex bi sbrixx fil-Parlament Ewropew. Il-Membri Parlamentari Ewropej kellhom bżonn maġġoranza assoluta ta’ 376 vot biex jipprojbixxu l-fosfati li jinsabu fil-laħam…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab Brussell għas-Summit tal-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea. Is-Summit mistenni jkun dominat mill-aħħar żviluppi dwar il-Brexit. Is-Summit mistenni jibda kmieni wara nofsinhar. Aktar qabel, Dr Muscat attenda għal…

Aktar