Lokali
Tfal u żgħażagħ jissieħbu mal-Assoċjazzjoni St John’s għall-korsijiet fl-ewwel għajnuna

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn.

Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex toffri l-ewwel għajnuna f’każijiet ta’ emerġenzi fosthom ta’ nar u fuq il-baħar.

L-Assoċjazzjoni St John’s, li spiss isservi ta’ spalla għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, esebiet is-servizzi ta’ emerġenza li toffri.

Ilha kważi 140 sena toffri servizz b’mod volontarju lill-pubbliku. Il-qaddis patrun tagħha huwa San Ġwann Battista li l-festa tiegħu tiġi ċċelebrata disat ijiem oħra. Quddiem il-bini tal-Parlament, l-Assoċjazzjoni St John’s uriet lill-pubbliku s-servizzi li toffri fosthom tal-ewwel għajnuna li għalih kien hemm interess kbir minn volontiera ċkejknin ta’ ‘l fuq minn 6 snin.

Volontiera tal-Assoċjazzjoni St John’s, Ruth Muscat qalet “Qed jagħtu displays ta’ recovery positions, meta xi ħadd ikun unconscious, meta xi ħadd iħossu ħażin.”

Taqsima oħra tal-Assoċjazzjoni taħseb għal żgħażagħ ta’ bejn il-11 u s-16-il sena . . . li saħansitra jitgħallmu kif jassistu lil xi ħadd f’każ ta’ attakk tal-qalb.

Maria Hammett, li hi wkoll volontiera  qalet “bħal attakk tal-ażma, bħal xi ħadd jinfaraġ, bħal xi ħadd jaqa’ u jaqsam jew jikser idejh. Imbagħad inressquhom lejn affarijiet iktar serji fosthom attakk tal-qalb, attakk ta’ epilessija.”

Fergħa oħra tal-Assoċjazzjoni hi St John’s Rescue Corps li twaqqfet f’Malta 33 sena ilu. Fost il-missjonijiet tagħha: li toffri l-għajnuna f’każi ta’ ħajja jew mewt f’inċidenti li jinvolvu nirien u fuq il-baħar.”

“High Angle fejn immorru nsalvaw lil xi ħadd meta jkun waqa’ mill-għoli. Water Rescue fejn apparti noffru korsijiet fuq water rescue, life guards u hekk, noffru servizzi tagħna f’pool parties events li għandhom x’jaqsam mal-baħar filwaqt li wkoll nassistu meta xi ħadd ikun qed jegħreq u mmorru bid-dinghy u actually insalvawh” qalet il-volontiera Svetlana Zerafa

Waqt li żar l-attivitajiet, il-Ministru Michael Farrugia faħħar l-impenn tal-volontiera li qal jiswew mitqlu deheb għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili meta jassistuhom f’okkażjonijiet varji. Il-Ministru Farrugia qal li l-150 volontier tal-Assoċjazzjoni ġejjin minn faxex differenti tas-soċjetà u jagħmlu unur lil Malta bil-volontarjat tagħhom.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar