Qorti
Tfittex għad-danni lil sid il-kelb li sfreġjalha wiċċha

Mara li spiċċat aggredita minn kelb u ġarrbet ġrieħi gravi permanenti f’wiċċha ressqet protest ġudizzjarju fil-Qorti Ċivili talli l-Pulizija ma ħadu ebda passi fil-konfront ta’ sid il-kelb.

Lindsey Vella ta’ 23 sena minn Tas-Sliema spiċċat bi sfreġju permanenti f’wiċċha meta fl-1 ta’ Frar li għadda kienet f’ħanut tal-merċa fil-Gżira u kienet attakkata minn kelb fil-preżenza ta’ sidu.

Fil-protest ġudizzjarju, imressaq mill-Avukat Stefano Filletti, it-tfajla qalet li talbet lill-Pulizija biex jieħdu l-passi fil-konfront tas-sid, iżda sostniet li ġiet infurmata li l-Pulizija ddeċidew li ma jittieħdux passi dwar dan il-każ.

Vella ddikjarat li se tieħu l-passi legali kollha meħtieġa kontra l-Pulizija sabiex il-każ jitressaq il-Qorti u tfittex għad-danni lil sid il-kelb.

Ara wkoll:

Kelb jisfiguralha wiċċha iżda tgħid li se tibqa’ tħobb l-annimali

Issofri ġrieħi gravi wara li kelb ħatfilha wiċċha